Birkirkara

KOLLEĠJATA BAŻILIKA SANT' ELENA

Dan ir-raħal insibuh diġà' parroċċa sa mill-1402. L-ewwel ġebla tal-Kolleġġjata Bażilika Sant'Elena tqiegħdet fis-27 ta’April ta l-1727 mill-Isqof Gori Mancini. Ix-xogħol tal-bini, fuq stil barokk, inħadem fuq disinn tal-kapumastru Salvu Borg u tlesta fl-1745.

 Il-knisja ġiet konsagrata lil Alla taħt il-ħarsien ta' Sant'Elena mill-Isqof Fra Vincenzo Labini fl-1782. Fl-1950 ġiet mgħollija għad-dinjita' ta' Bażilika Minuri mill-Papa Piju XII.