Kultura, Wirt u Arkitettura

Ħal Balzan

PARROĊĊA TA' L- ANNUNZJATA

Għal ħafna snin, Ħal Balzan kien jifforma parti mit- territorju parrokkjali ta’ Birkirkara, iżda fid-19 ta’Marzu 1655 ġiet ippreżentata petizzjoni min-nies tar-raħal, li talbu lill-isqof ta’ dak iż-żmien sabiex Ħal Balzan jinqata’ minn mal-matriċi u jsir parroċċa awtonoma.

F’Awwissu tal-istess sena, l-isqof laqa’ din il-petizzjoni u nhar l-14 ta’ Awwissu Ħal Balzan sar parroċċa awtonoma.