Il parroċċa ta Santa Marija f’Ħ’Attard bdiet tinbena madwar l-1610 meta l-arkitett Tumas Dingli ġie mitlub minn Dun Stiefnu Buttiġieġ biex jiddisinja knisja ġdida, billi il-qadima saret zgħira. Dingli ħa ħsieb ix-xogħlijiet kollha inkluż dawk ta’ l-iskultura tal-knisja.
Din il-knisja hija ġojjel ta’ l-arti rinaxximentali u għandha għamla ta’ salib latin.