L-Iklin

PARROĊĊA FAMILJA MQADDSA

Il-komunita' tal-Iklin, tmur lura għal-bidu tas-snin 80 meta beda jiżdied in-numru ta’ familji jgħixu fl-inħawi. Għalhekk il-Kappillan ta’ Ħal Lija, Dun (illum Mons.) Alfred Xuereb, ħaseb biex jibda jipprovdi servizzi pastorali f'din iż-żona. Għal dan il-għan huwa fetaħ Ċentru tal-Katekiżmu għat-tfal, imbghad inkera garaxx biex ikun iċċelebrat il-quddies. 

Fis-16 ta’ Ġunju 2000 li sar it-tberik u t-tqegħid tal-ewwel ġebla ta’ Ċentru ġdid mill-Arċisqof Mons. Guzeppi Mercieca. Fil-15 ta’ Frar 2003 l-Iklin ġie ddikjarat Żona Pastorali Awtonoma.