Santa Venera

Parroċċa ta' Santa Venera

Fl-1918 il-knisja l-antika ta’ Santa Venera saret Parroċċa indipendenti. Il-knisja li intgħażlet biex isservi ta’ parrocca kienet dik li inbniet fl-1688 u ġiet iddedikata lil Santa Venera Verġni u Martri. Din hija it-tielet knsija mibnija fuq l-istess lok.Hekk kif twaqqfet il-parroċċa mill-bidu beda jinħass il-bżonn ta’ aktar knejjes u waħda ikbar biex isservi ta’ knisja parrokjali. 

Għalhekk ftit taż-żmien wara infetħet knisja proviżorja fuq ix-xaqliba ta’ triq il- kbira San Ġuzepp. Din kienet tinsab fil-bini imsejjaħ ‘Chateau Lonz’. Wara t-tieni gwerra dinija inbniet il-knisja tal-Madonna tal-Karmnu ta’ Fleur-de-Lys li fil-1975 saret paroċċa u inqatgħet mill-Matrici ta’ Santa Venera.