President
“Ir-Reġjun Ċentru huwa mżewwaq b’pajsaġġ rurali u urban, pajsaġġi mal-baħar, xtut u bajjiet bir-ramel. Binjiet arkitettoniċi u artistiċi espressi permezz tal-knejjes, kappelli, fortifikazzjonijiet, ġonna u palazzi jkomplu jagħmlu dan ir-reġjun aktar attrajenti. Il-manifestazzjoni kulturali u reliġjuża permezz tal-festi, ritwali lokali annwali, u l-attivitajiet artistiċi u edukattivi jkomplu jagħmlu dan ir-reġjun kalamita għal min għandu interess fil-wirt storiku u kulturali. Ir-Reġjun iħaddan bliet, villaġġi u rħajjel; b’attività ekonomika attiva ħafna, li tvarja minn setturi industrijali differenti għal villaġġ tas-snajja’, minn intrapriżi żgħar u medji għal ħwienet tradizzjonali. Nistedinkom biex b’mod virtwali tgħixu magħna din l-esperjenza fir-Reġjun Ċentru permezz ta’ dan is-sit.”