L-istorja, il-kultura u l-ambjent
tar-Reġjun Ċentru ta’ Malta
Ir-Reġjun Ċentrali
Ir-reliġjon fid-diversi modi kif tiġi espressa tkompli tixħet dawl fuq l-identità tagħna l-Maltin u l-Għawdxin. Il-wirt reliġjuż mifrux fuq fil-lokalitajiet fir-Reġjun Ċentru jirrifletti bis-sħiħ din ir-realtà. L-aspett spiritwali jingħaqad ma’ dak aktar popolari u sekulari. Il-knejjes huma ċelebrazzjoni li jpaxxu l-għajnejn u s-sensi l-oħra. Ix-xogħlijiet artistiċi ta’ sbuħija, kulur, ispirazzjoni, devozzjoni u ritwali joħolqu komunikazzjoni ma’ kull min ikun qiegħed jarahom. Kull knisja hija esperjenza unika kulturali u spiritwali; tal-bniedem u d-divin; tal-elaborat u s-sempliċi. Tabilħaqq kull knisja fir-reġjun turi l-istorja tagħha stess, miktuba mill-parruċċani tagħha, mill-artisti kkummissjonati u mill-kleru li jaqdiha. Kull knisja hija kompendju tal-ħajja reliġjuża tal-lokalità kif jidher permezz tad-devozzjoni u ritwali, ta’ arti u arkitettura, ta’ tradizzjoni u innovazzjoni, u tas-sagru u l-profan. Din il-websajt tipprovdi l-pjattaforma biex virtwalment iżżur u tgħix il-wirt fil-lokalitajiet tagħna.
Din il-websajt tipprovdi l-pjattaforma biex virtwalment iżżur u tgawdi l-wirt tagħna.
Kultura, Wirt u Arkitettura
Pubblikazzjonijiet
A taste of History, Culture and Environment of the Central Region of Malta
Il-ktieb A Taste of History, Culture and Environment of the Central Region of Malta jiftaħ tieqa fuq il-ħajja fir-reġjun li tvarja mill-aspetti storiċi u kulturali għall-ħajja turistika, l-isports, l-attivita’ kummerċjali u l-festi. Dan il-ktieb hu xhieda tal-ħajja fir-reġjun bi sfumaturi differenti u kulturiti li juru l-bejta ta’ attivita’, il-patrimonju u l-wirt fil-lokalijiet li jiffurmaw ir-reġjun.Download