Il-knisja ta’ Ġesu Nazzarenu taf il-bidu tagħha lil tlett aħwa qassisin li kienu jqattgħu il-btajjel tas-sajf f’dar tal-villeġġjatura f’Ta’ Sliema. Huma kienu jaqdu il-ħtigijiet spiritwali tan-nies tal-post ta’dak iż-żmien minn kappella privata, izda meta raw l-għadd tan-nies dejjem jiżdied, xtaqu li jkunu jistgħu jaqdu dmirijiethom aħjar, f’kumdita’ ta’ knisja f’dawk l-inħawi.
Għalhekk talbu il-permess meħtieg mingħand l-Inginier Militari ta’dak iż-żmien, iżda il-permess ma ħariġx. Wara mewthom, il-werrieta tagħhom, koppja nobbli Zimmermann Barbaro, riedu jwettqu ix-xewqa ta’ tlett qassisin billi jibnu knisja fuq propjeta’ tagħhom.
Il-ħsieb għal din il-knisja nibet meta Dun Pawl Vella, saċerdot mill-Belt Valletta, ġie f’Tas-Sliema u ra b’għajnejħ il-ħtieġa li tinbena knisja oħra minħabba li l-popolazzjoni kienet qegħda tikber. Il-Kapitlu tal-Katidral kien alloka biċċa art biex fuqha ‘l quddiem, tkun tista’ tinbena knisja oħra. Għalhekk, Dun Pawl waqqaf kumitat ħalli jingħata bidu għal bini ta’ din il-knisja. Wara ħames snin li saret talba lill-Kapitlu tal-Katidral baqgħet ma ttieħdet ebda deċiżjoni.
Iżda meta fit-3 ta’ Ġunju 1877, kien se jiġi mfakkar il-ġublew tad-deheb mill-Konsagrazzjoni Episkopali tal Papa Piju IX , Dun Pawl reġa għaqqad il-kumitat sabiex jagħtu ħajja lit-talba tagħhom, din id-darba bil-punt ewlieni jkun li knisja tiġi ddedikata lill-Madonna taħt it-titlu “Sinjura tagħna tal-Qalb ta’ Ġesu.”
Il-talba ta’ Dun Pawl intlaqgħet u fis-7 ta’ Mejju, 1877, l-Arċisqof Carmelo Scicluna ħareġ id-digriet għall-bini tal-knisja.
Fil-bidu tas-seklu 20, il-popolazzjoni ta' tas-Sliema bdiet tiżdied u għaldaqstant kien essenzjali li jiżdiedu wkoll l-iskejjel, is-servizzi infrastrutturali kif ukoll li ssir knisja biex taqdi l-ħtiġiet tar-residenti. L-isqof Maurus Caruana ħa r-responsabbilita' li ssir knisja ġdida.
Fl-20 ta' Awissu 1923 tpoġġiet l-ewwel ġebla tal-knisja dedikata lil San Girgor. Minkejja d-diffikultajiet fosthom it-tieni gwerra dinjija u dawk finanzjarji, il-knisja tlestiet fl-1941.
Fl-1851, ġiet mibgħuta petizzjoni lill-Isqof Publio Maria Sant fejn intalab permess biex tinbena knisja ġdida u ikbar ħdejn il-Kappella tal-Madonna tal-Grazzji. Il-perit Giuseppe Bonavia ġie nkarigat biex jiżviluppa d-disinn tal-knisja l-ġdida.
L-ewwel ġebla tqiegħdet fit-28 t’April 1853 mill-Vikarju Djoċesan Vincenso Chapelle. Ix-xogħlijiet tlestew sentejn wara.Il-knisja ġiet dedikata lill-Madonna, Kewkba tal-Baħar, jew kif magħrufa aħjar, Stella Maris.